Wayne Grima, ta’ 33 sena minn Raħal Ġdid, instab ħati li b’negliġenza laqgħat bil-vettura lill-anzjana Vincenza Ellul. L-anzjana ta’ 73 sena mietet tliet ġimgħat wara l-inċident wara li sofriet ġrieħi f’rasha.
Il-każ seħħ fi Frar tal-2010 fi Triq iż-Żabbar, Raħal Ġdid.
Fil-Qorti ingħad li Grima beda jsuq l-karozza li kellha difett fil-brejkijiet.
Għalkemm l-anzjana qasmet minn wara karozza tal-linja, il-Qorti argumentat li dan il-fattur ma kellux iwassal għal inċident fatali.
Grima ingħata sentenza sospiza filwaqt li liċenzja tas-sewqan kienet revokata għal sena.