ElectroGas Malta fi stqarrija qalet li l-maltemp qawwi li pajjiżna esperjenza tul tmiem il-ġimgħa m’effetwa b’ebda mod il-Floating Storage Unit (FSU) tal-LNG li hemm ‘l barra mill-bajja ta’ Marsaxlokk.
Fl-istqarrija ntqal li kien każ ta’ maltemp b’riħ li laħħaq il-Forza 7 u frekwenza ta’ 40 knot. L-imbatt tal-baħar kien qawwi ħafna, u dan waqt li l-FSU kien għaddej minn proċess ta’ ħidma biex ikun raffinat l-irmiġġ, permezz ta’ erba’ tug boats. Minkejja l-maltemp, dan il-proċess baqa’ għaddej.
L-FSU “żamm il-pożizzjoni tiegħu b’mod komdu” temmet tgħid l-istqarrija.