It-teknoloġija tal-mowbajl wasslet biex il-pulizija solviet każ fejn ħames persuni weġġgħu f’hit & run iktar kmieni din is-sena.
Tfajjel taħt l-età mistenni jitressaq il-qorti ż-żmien li ġej. Ikkonfermaw dan imkejjen qrib id-depot tal-pulizija li fissru kif dan hu każ li jmur lura għall-ewwel minuti tal-erbgħa ta’ Frar ta’ dinis-sena,meta ftit qabel is-siegħa ta’ filgħodu fi Triq Manarrino Birkirkara kien hemm vettura li ħarġet minn fuq sinjal ta’ Stop u baqgħet dieħla f’vann bil-passiġġieri, li kienu qed jitwasslu lura d-dar mix-xogħol. Bid-daqqa, il- vann spiċċa f’showroom biex persuni weġġgħu gravi u oħrajn ħafif. Bis-saħħa tad-daqqa il- vetturi sofrew ħsarat kbar. “Total loss,” jekk nużaw il- kelma popolari.
Jirriżulta li meta l-pulizija kienet għamlet kuntatt ma’ sidil-karozza,li kien għadu m’għalaqx it-tmintax–il sena, dan prova jagħti l-impressjoni li xi ħadd ħadlu l-karozza bil-verżjoni tiegħu kienet li hu kien rieqed id-dar l-ħin tal- inċident. Iżda, bl-esperti jindikaw li ma jidhirx li l-karozza setgħet kienet misruqa, kompla l-istħarriġ tal-pulizija li saħansitra elevaw il-mowbajl taż- żagħżugħ. Jirriżulta li t-tagħrif wera kemm li ż-żagħżugħ ma kienx rieqed, għax il-mowbajl intuża, kif ukoll li seta’ kien fl-akkwati fejn seħħ l-inċident.