“Kont għadni nqum. Smajt ħoss enormi u ħrigt mingħalija se nsib xi flat imwaqqa. Biex imbagħad rajt xena tal-films. Karozza sploduta u aħjar ma ngħidlekx dwar il-kumplament”.
Kienu dawn il-kummenti ta’ residenti fi Triq il-Ġifen, San Pawl il-Baħar, wara l-isplużjoni li seħħet dalgħodu.
Fuq il-post kien hemm xeni ta’ qsim il-qalb, bil-qraba jaslu u jirreaġixxu għall-fatt li membru minn familthom kellu jitlef ħajtu b’dak il-mod.
Oħrajn qalulna li l-ħoss kien jixbaħ lil xi ħaġa kbira qiegħda taqa’.
Li hu żgur huwa li għall-ħafna residenti ta’ din it-triq mimlija appartamenti, kienet għodwa li mhux se jinsew.