Folla tibki, taħt ix-xokk tal-isplużjoni li heżżithom sew, irringrazzjat lill-Madonni talli ħadd mill-ħbieb u l-qraba ma weġġa’. Minkejja l-ħasda li ħakmet lin-nies tal-Gudja wara dak li gara ftit tas-sigħat ilu, il-Gudjani xorta rħewlha lejn iz-zuntier biex jagħtu tislima lil patruna tagħhom.
Bħala tislima akbar lill-Madonna taċ-Ċintura bħala ringrazzjament li f’dik li setgħet tkun traġedja, ma weġġa’ ħadd, in-nies preżenti fil-pjazza tal-Gudja kantaw Ave Maria doppja.
Kienu evidenti l-emozzjonijiet matul l-innu ddedikat lill-Madonna taċ-Ċintura.
Aqra aktar: AĠĠORNATA: Ħadd ma jweġġa fl-isplużjoni li seħħet il-Gudja..il-festa xorta ssir