Xita, maltemp u mewġ għoli, din kienet is-sitwazzjoni f’pajjiżna matul il-Jum tas-Sibt, minkejja li ma kellniex temp Sajfi xorta waħda s-sitwazzjoni fil-bajjiet madwar il-kosta Maltija kienet waħda aktar kalma, iżda jispikka dak li ħalliet warajha n-natura.
ONE NEWS żar numru ta’ bajjiet, li minkejja li l-mewġ aggressiv ikkalma, xorta waħda f’ċertu lokalitajiet bħal Tas-Sliema, l-mewġ xorta waħda qed jasal sat-triq filwaqt li f’bajjiet bħal dawk tal-Għadira, naraw xena differenti minn dik Sajfija, hekk kif ħaddiema tad-Direttorat tat-tindif qed inaddfu l-ħmieġ li nġemgħa fuq il-bajja.
Minkejja l-ħsarat kbar li ġabet magħha din il-grigalata, xorta waħda kien hemm min sab is-sabiħ ta’ dik il-mewġa għolja, hekk kif kienu bosta l-fotografi li marru fix-xtajta ta’pajjiżna biex jiġbdu ritratti ta’ xena li rari naraw f’Malta.