Hekk kitbet mara fuq Facebook, filwaqt li poġġiet ritratt ta’ bniedem jidher qed jagħmel xogħolijiet f’Tas-Sliema.
Xahar ilu l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) ħarġet stqarrija dwar ritratti li jitpoġġew fuq il-media jew il-media soċjali dwar ħaddiema li jkunu qed jaħdmu b’mod perikoluż. Qalet li għalkemm hemm min qed jinforma lill-OHSA qabel imur għand il-media, għad hemm nies li għalihom huwa aktar importanti li joħolqu sensazzjoni milli jevitaw traġedji. Dan qed iwassal sabiex ħaddiema qed jibqgħu jitħallew jaħdmu fil-periklu bla bżonn.
Jekk xi ħadd jinduna b’xogħol perikoluż għandu jinforma lill-OHSA fuq 21247677 (inkluż is-Sibt, il-Ħadd u fil-festi). Dan jista’ jsir b’mod anonimu u b’hekk m’għandux ikun hemm biżà li xi ħadd se jiġi mistoqsi juri minn hu.