Dalgħodu, l-akbar bastiment tal-Forzi Armati ta’ Malta, OPV P62, irritorna lura lejn pajjiżna wara li assista f’operazzjoni ta’ salvataġġ li damet ħamest ijiem. Din l-għajnuna kienet parti minn ħidma konġunta bejn FRONTEX u AFM fl-operazzjonijiet ta’ kontroll tal-fruntiera fil-Mediterran Ċentrali.
OPV P62 salva total ta’ 539 immigrant, f’żewġ operazzjonijiet ta’ salvataġġ separati. Taħt il-ko-ordinazzjoni ta’ MRCC Rome, l-assi navali FRONTEX TRITON intalbu jassistu f’diversi operazzjonijiet ta’ salvataġġ fil-viċinanzi tal-kosta Libjana, hekk kif mijiet ta’ immigranti bdew il-vjaġġ tagħhom fil-maltemp.