Matul is-sena li għaddiet kien hemm 4,000 pazjenti li ħadu servizz mill-Pain Clinic tal-Isptar Mater Dei.
Il-Ministru Fearne spjega kif pazjenti li jbatu minn uġigħ rikorrenti bħalissa qed jingħataw appuntamenti fil-Pain Clinic fi żmien tliet xhur jew anqas filwaqt li dawk il-pazjenti li jkollhom uġigħ qawwi qed jingħataw appuntamenti fi żmien ġimgħa minn meta jkunu riferuti mit-tabib tagħhom.
Semma’ wkoll is-servizz taċ-Chinese Clinic li tinsab f’Mater Dei fejn tobba Ċiniżi jittrattaw uġigħ bi trattamenti tradizzjonali li joriġinaw minn pajjiżhom.