Mis-sena 2006 sal-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena, jiġifieri fuq mhedda ta’ għaxar snin, ġew irrappurtati 90 persuna li għerqu fl-ibħra Maltin.
25 minn dawn il-katavri li nstabu fl-ibħra ta’ pajjiżna, għadhom ma ġewx identifikati. F’mistoqsija Parlamentari, l-Ministru Carmelo Abela, spjega li r-raġuni wara li dawn l-katavri ma ġewx identifikati tista’ tkun il-possibilitá li għerqu barra mill-ibħra Maltin u nġarru lejn gżiritna. Tliet persuni oħra li ġew irrapurtati nieqsa, huma suspettati li għerqu fl-ibħra Maltin.