Ottubru huwa x-xahar li fih jiġu organizzati ħafna attivitajiet biex titrawwem kuxjenza favur l-annimali u d-drittijiet tagħhom.
Ilbieraħ filgħodu fl-iskola medja San Ġorġ Preca fil-Blata l-Bajda waslet fi tmiemha l Animal Awareness Week.
Matul din il-ġimgħa ittellgħet il-kompetizzjoni fotografika Selfie with my Pet, li l-għan tagħha kien li wieħed juri r-relazzjoni sabiħa li tista, tinbena bejn l-bniedem u l-annimali.
Barra min hekk l-istudenti u l-istaff ħasbu fi klieb li m’għandhomx ix-xorti li jgħixu fil kumdità ta’ dar bħal annimali ohra. Għalhekk flimkien mal-AAA organizzaw l-attività “If you can’t adopt me, sponsor me for a year – for €30”. Din kienet attività li rnexxiet ghax gew sponsorjati tlettax -il kelb.
Matul ic-celebrazzjoni tal-bieraħ filgħodu attendew Roderick Galdes, Segretarju Parlamentari għall-Biedja, sajd u drittijiet tal-annimali, Noel Montebello, Direttur tal-Animal Welfare u Emanuel Buhagiar, Kummissarju tal-Annimali. gew mqassma l-premjiijet lir-rebbieħa tal- kompetizzjoni kif ukoll ingħataw ċertifikati lil min ha sehem u lil min sponsorja kelb mill AAA.