Fil-filmat qasir li tista’ ssegwi hawn u li rrefera għalih il-partit Laburista fi stqarrija, tista’ ssegwi lill-eks Kummissarju Ewropew Tonio Borg u lill-eks MEP Simon Busttil jirringrazzjaw lill-Partit Laburista u lil Joseph Muscat, dak iż-żmien kap tal-Oppożizzjoni, tal-koperazzjoni tagħhom biex Tonio Borg kien elett Kummissarju fl-2012.
Ta’ interess partikolari huwa kliem Busuttil, meta għid li l-għaqda nazzjonali rebħet fuq kollox, u li s-sitt MEPs ħadmu favur Tonio Borg, u għamlu dak li setgħu biex intlaqgħat in-nomina tiegħu.
Tonio Borg personalment irringrazzja lil Joseph Muscat “li għen ħafna biex inkiseb dan ir-riżultat”.
“David Casa għandu jaħsibha darbtejn dwar dak li huwa idokumentat, għaliex issa ħareġ ta’ giddieb” temm jgħid il-Partit Laburista.