Il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, iddefenda ismu fil-parlament. Dan wara li tfaċċa’ f’każ serju fejn hemm investigazzjoni dwar ħasil ta’ flus.
Kien ġurnalist barrani u l-midja indipendenti li żvelaw fil-midja indipendenti li kien hemm investigazzjoni ta’ ħasil ta’ flus li waqfet wara li tfaċċa isem Fenech Adami bħala Political Exposed Person. Dan fi żmien li kien Assistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Intern.
F’diskors ta’ wieħed imbaqbaq u b’leħen li għola iktar ma meta semma l-każ li fih hu Fenech Adami qal li hu ħadd mhu se jħammġu.
“Ħadd mhu se jħammiġni. Tista’ ġġib lil min trid. Jiena qatt, qatt, qatt ma ndħalt f’xi xogħol ta’l-pulizija la meta kont fil-Gvern u lanqas issa fl-oppożizzjoni.”
Minkejja dan Fenech Adami ma ċaħadx li kien direttur tal-kumpanija Baltimore li f’pajjiżna kienet fiduċjarja ta’ Capital One. Il-kumpanija tal-Olandiż investigat dwar droga u ħasil ta’ flus.
Filwaqt li qal li hu qatt ma ndaħal lill-pulizija fl-ebda ħin ma ċaħad dak li żvelat il-midja li l-investigazzjoni twaqqfet wara li tfaċċa ismu.
“Jiena niċħad bl-iktar mod assolut u ngiddeb lil min qed jgħid li jien ndħalt fxi investigazzjoni li kien involut l-avukat ġenerali jew il-Pulizija.”
Dwar dan il-każ il-Prim Ministru ħatar inkjesta li qed titmexxa minn tliet Imħallfin. Inkjesta li mistennija tistabilixxi x’seħħ biex l-inkjesta ma komplietx kif mistenni tant li ddgħajfet ukoll l-investigazzjoni tal-pulizija Olandiza.