Joseph Calleja, ġurnalist u eks editur tal-gazzetta ‘In-Niggieża’ ingħata kumpens ta’ €5,000 wara li kien intbagħat tlett xhur ħabs fuq malafama.
Il-każ imur lura għal aktar minn 40 sena meta Calleja instab ħati li immalafama lil Ministru għax-Xogħolijiet ta’ dak iż-żmien, Joseph Cassar.
Il-Qorti tal-lum sostniet li filwaqt li fir-rapurtaġġ tiegħu, il-ġurnalist ikun leali lejn il-fatti, il-każ involut fih Calleja kellu jinqata’ minn Qorti ċivili u mhux kriminali.