Raġel Brażiljan ta’ 36 sena inħeles ilbieraħ wara li allegatament kien qed jinżamm maqful minn missieru u ommu tar-rispett, fil-kantina tad-dar tagħhom, għal mill-inqas 20 sena.
Il-Pulizija sabet lil Armando de Andrade purament b’kumbinazzjoni, waqt li kienet qed tfittex fid-djar għal membri ta’ gang fid-droga.
Armando, li sparixxa meta kellu 16-il sena, instab marbut ma’ sodda fil ċkejkna, f’kamra bla twieqi f’dar f’São Paulo. Huwa nstab fi stat ta’ malnutrizzjoni, bi dwiefer deskritti “enormi” u daqna li kibret sal-irkoppa. Qatta’ żewġ deċennji mingħajr dawl, b-art mimlija ippurgar.
Il-kap tal-Pulizija, Celso Marchiori, li qed jinvestiga l-każ, qal il-mument pulizija sabuh, qam bilwieqfa, u ma lissinx kelma li hi kelma. Ittieħed dritt l-isptar fejn qed jinżamm għall-kura, iżda ħadu ma qal xejn.
Ġirien fid-distrett Guarulhos ta’Sao Paulo, fil-Lbiċ tal-Brażil, jiftakru lill-Armando bħala żagħżugħ normali ta’ 16-il sena, li xtaq skateboard u jdoqq il-kitarra. Imbagħad f’daqqa waħda sparixxa.
Qed jingħad li missier iż-żagħżugħ u ommu tar-rispett żammewh f’dawk il-kudnizzjonijiet għax beda jesperimenta bix-xorb alkoħoliku. Ederson Silva, ħabib ta’Armando mit-tfulija, qal li kull meta staqsa dwar Armando, il-ġenituri dejjem qalu l-istess ħaġa, li mar jgħix fil-grigal tal-pajjiż, li jinsab tajjeb, li jaħdem u li bena familja hemmhekk.
Missier Armando qed jiċħad li żamm lill-ibnu maqful, u jsostni li ibnu telaq mid-dar ta’ 18-il sena u rritorna ftit ilu, talab biex jissakkar fil-kamra biex jitnaqqaf mill-vizzju tad-droga.
https://www.youtube.com/watch?v=lxaJWBz6d5c