Bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Awwissu 2016, ġew irrappurtati 530 persuna nieqsa. Ħmistax minn dawn għadhom nieqsa. 362 minn dawn kienu ta’ sess femminili filwaqt li 168 kienu ta’ sess maskili.
Kif jidher f’din it-tabella, il-maġġoranza tal-persuni rrappurtati nieqsa kienu żgħażagħ ta’ bejn il-15 u 20 sena, b’total ta’ 256.
Dan qalu l-Ministru Carmelo Abela bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari mid-Deputat Laburista, Silvio Schembri.