Jekk qatt kien hemm bżonn ta’ konferma tad-differenza ċara bejn Joseph Muscat li flimkien ma’ dan il-Gvern irid li jkompli jmexxi lill-pajjiżna ‘l quddiem permezz ta’ aktar xogħol, investiment u ħolqien ta’ ġid li jasal għand kulħadd, u Simon Busuttil li jrid ireġġa’ l-arloġġ lura għal kontijiet ogħla, aktar taxxi, aktar tniġġiz u aktar piżijiet fuq il-ħaddiema, din ingħatat illum.
Fi stqarrija, l-Partit Laburista spjega kif il-baġit li ppreżenta dan il-Gvern huwa baġit soċjali li qed jgħin liż-żgħir, li se jgħin biex jinħarġu aktar nies mill-faqar, fuq kollox irid jibni fuq il-baġits ta’ qabel.
Il-poplu ma jridx li mmorru lura wara li f’dawn it-tliet snin imxejna tant ‘l quddiem permezz ta’ kontijiet orħos, inqas qgħad u aktar xogħol, investiment rekord, tkabbir ekonomiku, childcare b’xejn, għajnuna lill-koppji żgħażagħ, żieda fl-istipendji, it-tneħħija tal-mediċini out of stock u ħafna aktar.
Il-poplu Malti u Għawdxi se jibqa’ jagħżel il-pożittività ta’ Joseph Muscat fuq in-negattività u l-bitterness tal-Kap tal-Oppożizzjoni għax irid li pajjiżna jibqa’ suċċess, pajjiż li l-ġid li joħloq jasal għand kulħadd.