Iċ-Champions Ewropej tal-waterpolo, il-klabb ta’ Pro Recco Genova jinsab f’pajjiżna għal taħriġ qabel jibda l-istaġun li jmiss.
ONE News mar isegwi sessjoni ta’ taħriġ ta’ dan it-tim fil-pixxina tan-Neptunes.
Il-President tal-klabb Maurizio Felugo stqarr kif il-plejers huma kollha kuntenti li għal dan it-taħriġ ġew f’pajjiżna.
Dan tant li issa anke qrabathom jinsabu ħerqana sabiex mal-ewwel opportunità jiġu jgawdu ġita f’pajjiżna wkoll.
Il-President ta’ Pro Recco, Maurizio Felugo qal, “Siamo molto contenti sopratutto i ragazzi, i nostra atleti, i famigli, a casa , tutti non vedono l’ora per venire quei a scorrere le vaganze perche siamo rimasti veramente affascinati e un isola que e per certi versi e simili dal-italia ma c’e rimasta nel cuore. Quindi torneremo tutti prestissimo.”
Din ma kinitx esperjenza sabiħa biss għall-plejers u l-klabb li ġew f’pajjiżna iżda anke għall-plejers żgħażagħ Maltin li ħadu din l-opportunità biex jaraw iċ-champions Ewropej jitħarrġu.
Huma qalulna, “Esperjenza sabiħa ħafna, ovjament eċitat li qiegħdin hawn. Forsi narawhom u nitgħallmu naqra minnhom.”
“I find it very good that we can have them here. It is a big honor that we can host them here.”
Lil Felugo, li huwa wkoll eks plejer nazzjonali taljan tal-waterpolo staqsjenih dwar il-livell ta’ dan l-isport f’pajjiżna.
Huwa stqarr kif il-klabbs Maltin mhumiex lil hinn ħafna minn livell ta’ klabbs oħra Ewropej.
Spjega kif fl-opinjoni tiegħu, dan huwa ż-żmien ideali sabiex klabbs Maltin jagħmlu l-aħħar pass sabiex jilħqu livelli bla preċedent.
Felugo sostna: “Penso che sia il-momento di provare a fare un step importante per avvicinare il club anche alli squadre europei. Non vedo grande differenza tra questi club da quelli squadre che partecipano a l-euro lega o la coppa LEN.”