Il-Ġimgħa filgħaxija fuq il-fosos tal-Furjana il-BBC Orchestra ser tkun qed ittella’ spettaklu li jiċċelebra s-suċċessi tar-rock band leġġendarja ‘Queen’.
Dan f’kunċert li permezz tal-iżjed kanzunetti popolari tal-band ser jgħid l-istorja tal-mużiċisti Freddy Mercury, Brian May, Roger Taylor u John Deacon.
Il-producer tal-kunċert, Anthony Cherry spjegalna kif fit-tieni parti tal-ispettaklu ser ikun qed jittella’ mill-ġdid is-sett leġġendarju tal-Live Aid li kien indaqq mill-Queen fl-Istadium ta’ Wembley f’Londra.
Huwa spjega kif il-fosos tal-Floriana huwa l-post ideali sabiex jilqa’ dan il-kunċert.
Qal, “What the venue adds is a certain degree of Magic. The event is called ‘It’s a kind of Magic’, but you know open air venues like this, a huge stage like this, the history we’ve got around us. The fact that it’s warm and we are out in the open air. Maltese people are really lucky to have it so all my cast are absolutely thrilled to be here, really thrilled.”
Dan il-kunċert bl-isem ‘It’s a kind of Magic – The Queen Story’ ser ikun mogħni b’uħud mill-aqwa ilħna minn madwar id-dinja saħansitra b’kantant oriġinali mill-musical ‘We will Rock You’.
Il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo stqarr kif kunċert bħal dan huwa pass kbir għal pajjiżna sabiex kull ma jmur ikompli jersaq lejn in-normalità.
Spjega, “Hekk kif kollox qed jindika li Settembru ser ikun aħjar minn Awissu fejn jidħol l-aspett turistiku ta’ pajjiżna, dan jimlina bil-kuraġġ biex inkomplu ninvestu fil-prodott tagħna, il-prodott li kapaċi jagħmilna uniċi sabiex inkomplu nattiraw iżjed turisti lejn pajjiżna u nibnu wkoll niċeċ partikolari fil-qasam turistiku li jgħinuna biex it-turiżmu verament nagħmluh sostenibbli għaż-żmien illi ġej.”