Anzjan ta’ 71 sena ndarab gravi wara li waqa’ minn fuq sellum fiż-Żejtun.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu fi Triq id-Duluri.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 71 sena u residenti il-Ħamrun, weġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.