Ħaddiem ta’ 41 sena minn Santa Venera weġġa’ serjament wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular f’sit ta’ kostruzzjoni.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofshinar fi Triq Sir Paul Boffa, Wied il-Għajn.
Il-Pulizija qalet li wara li seħħ l-inċident ir-raġel ma marx l-isptar mal-ewwel, imma aktar tard hu beda jħoss uġigħ kbir, ċempel għall-ambulanza u ddaħħal l-isptar Mater Dei għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-istħarriġ tagħha dwar dan il-każ.