Lionel Seux, Franċiż ta’ 49 sena li jinsab Malta fuq btala, inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li pprova jagħmel atti sesswali ma’ tfajla ta’ 16-il sena bla kunsens.
Il-Prosekuzzjoni qalet li l-każ seħħ kmieni t-Tnejn filgħodu fi stabbiliment f’Paceville.
Intqal kif l-imputat allegatament iltaqa’ mat-tfajla u bdew jitkellmu, daħlu fit-toilet tal-istabbiliment u l-akkużat beda jneżżalha l-ħwejjeġ.
Hawnhekk it-tfajla bdiet issabbat mal-bieb u ndunat ħabibtha, li marret u ħarġitha qabel seħħ l-att sesswali.
Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-Prosekuzzjoni qalet li l-imputat faċli jaħrab mill-pajjiż.