Il-Prim Ministru Kanadiż, Justin Trudeau, rebaħ l-elezzjoni għal darb’oħra iżda mhux b’maġġoranza fejn se jkollu bżonn koalizzjoni biex imexxi.
Dan wara li sejjaħ elezzjoni bikrija.
Bħalissa għadhom qed jingħaddu l-voti fejn bosta postijiet kien hemm ammont kbir ta’ nies jistennew kawża tal-pandemija.
Aktar minn miljun Kanadiżi vvutaw permezz tal-posta, fejn dawn il-voti se jkunu qed jingħaddu sal-lum.
Il-mexxej tal-partit Konservattiv, Erin O’Toole, hu mistenni jkun il-partit ewlieni fl-oppożizzjoni.