Fuq il-Fosos, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech kompla fejn ħalla.
Jgħajjat u b’fatti ħżiena,
Saħansitra stqarr kif huwa bis-saħħa ta’ Gvern Nazzjonalista li pajjiżna ra surplus fl-ekonomija, anki jekk daħħal lil pajjiżna fi proċedura ta’ defiċit eċċessiv.
“Minn surplus mibni fuq l-ekonomija soda li ħalla l-Partit Nazzjonalista fl-2013 issa qed nagħmlu deficit kull sena.”
Fid-diskors tiegħu huwa kkritika l-Gvern li uża l-ġid ekonomiku sabiex fi żmien pandemija jwieżen il-familji Maltin u Għawdxin flok ġab l-awsterità.
F’diskorstu attakka lill-Prim Ministru u ħarġet il-kilba għall-poter.
“Jien irrid inkun il-Prim Ministru tiegħek. Jien irrid inkun il-Prim Ministru tigeħek. Jien irrid inkun il-Prim Ministru tiegħek. Irrid inkun il-Prim Ministru tiegħek.”
Bernard Grech injora għal kollox l-investimenti li saru fl-aħħar snin fil-gżira Għawdxija fosthom l-introduzzjoni ta’ fibre optic cable ġdid bejn Malta u Għawdex b’investiment ta’ €4 miljun u l-Gozo Innovation Hub b’investiment ta’ €9 miljun.
Skontu l-arloġġ f’Għawdex waqaf idur fi żmien Gvern Nazzjonalista wkoll.
“L-aħħar investiment rivoluzzjonarju f’Għawdex issa ilu 30 sena meta kien il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern li bena l-vapuri tal-Gozo Channel.”
Fid-diskors tiegħu ma naqasx jitkellem kontra Malta.
“Ninsab diżgustat kif dan il-Gvern niżżel isem pajjiżna fil-qiegħ.”
Għalkemm l-Oppożizzjoni Nazzjonalista baqgħet ma ħaditx sehem f’konsultazzjoni pubblika fuq White Paper dwar ir-riforma fil-liġi tal-kannabis issa attakka lil Gvern, wara li l-Ħadd filgħodu nqabad li lanqas kien jaf li l-Gvern ippreżenta White Paper fuq din il-materja.
“Ilu jitkarbilna biex intuh l-opinjoni tagħna fuq il-Kannabis ix-xhur.”
Fuq il-fosos għal darba oħra spikkat il-ferita miftuħa ta’ dawk li raw lil Adrian Delia jitqaċċat minn Kap biex f’loku joħodlu postu Bernard Grech.
Dan hekk kif dawk madwar Delia irrifjutaw li jitħalltu man-nies bilqiegħda u dehru lebsin kollha flokkijiet jaqblu bil-kitba ‘Team Adrian Delia’ fuqhom.
Quddiem dawk preżenti, Bernard Grech spiċċa jistaqsi lill-familji Maltin u Għawdxin jekk fl-aħħar disa’ snin il-familji Maltin u Għawdxin għexux aħjar.
“F’dawn id-disa snin tal-Labour iċ-ċifri kibru imma familtek qiegħda tgħix aħjar?”