Fil-lejl bejn il-Ħamis 27 t’Ottubru u l-Ġimgħa 28 t’Ottubru, it-temperaturi se jinżlu drastikament.
Skont l-Uffiċju Meterjoloġiku fi ħdan l-Arjuport Internazzjonali ta’ Malta, l-inqas temperatura se tinżel 16-il grad celcius nhar il-Ġimgħa, u nhar il-Ħadd tkompli tinżel għal 15-il grad.
Il-kesħa mit-Tramuntana tal-Ewropa mistennija tilaħaq lil Malta u b’hekk iġġib it-tmiem għas-sħana tas-sajf 2016, li s’issa kienet għadha magħna.