Il-President George Vella inawgura x-xogħol ta’ restawr li sar fuq mafkar li jinsab fil-Ġonna ta’ Sant’Anton, u li hu ddedikat lill-professjonisti fil-qasam tas-saħħa.
Dan il-mafkar ġie rrestawrat minħabba li kellu ħafna ħsarat meta ġġarraf ħajt li jifred il-Palazz ta’ Sant’Anton mill-ġonna lura fl-2018.
Il-monument inkixef waqt lejla mużikali li saret fl-okkażjoni tal-25 anniversarju tal-Unjin Maltija għall-Infermiera u l-Qwiebel, (l-MUMN).
Ritratti: OPR