Il-Kap Nazzjonalista kien taħt pressjoni meta l-ġurnalist ta’ ONE News Colin Deguara beda jsaqsih għadd ta’ mistoqsijiet.
Taħt pressjoni Bernard Grech infexx jgħajjat.
F’waqtiet oħra, il-ġurnalist beda jsaqsih u Grech jaħrab, fosthom dwar l-IVF.
Fl-intervista fuq il-Fosos, Bernard Grech anki spiċċa jġib il-fatti ħżiena fuq bosta temi.
Il-Pjan ta’ Rkupru ta’ tliet mija u sittax-il miljun ewro approvat mill-Kummissjoni Ewropea sejjaħlu self.
Dan il-Pjan mhuwiex self, iżda Bernard Grech baqa’ jinsisti li l-Pjan b’inizjattivi ambjentali u li jara qalba diġitali fl-għoti tas-servizzi, huwa froġa.
Madankollu l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen fissritu bħala l-aktar pjan ħabib tal-ambjent li ġie approvat.
Bernard Grech anki fuq it-toroq kien ħażin.
Skontu dawn qed isiru minn fondi Ewropej meta l-biċċa l-kbira tal-ħidma infrastrutturali fil-pajjiż qed issir mill-investiment mill-Gvern ta’ seba’ mitt miljun ewro fuq seba’ snin.
Fuq ir-riforma dwar il-liġi tal-kannabis, li fuqha l-partit tiegħu kien l-unika wieħed li ma ressaqx il-proposti tiegħu, ġabha ħażin wkoll.
Mistoqsi dwar il-costings hekk kif jinsab fil-vena jaqbad iwiegħed kollox lil kulħadd, Bernard Grech ħalla lin-nies bla risposti, fosthom fuq l-art tal-Ħondoq, li wiegħed li jixtriha.