Mijiet ta’ dimostranti fl-Amerka nġabru quddiem il-bini magħruf bħala l-Capitol f’Washington f’attività biex juru appoġġ lejn dawk li jissappatizzaw ma’ Donald Trump b’mod speċjali għal meta qajmu irvell u daħlu fil-bini lura fis-sitta ta’ Jannar li għadda.
Iżda f’din ir-rally, l-ammont ta’ pulizija u ġurnalisti kien jiżboq ħafna iktar l-ammont ta’ dimostranti.
Qabel l-attività l-pulizija qalu li kellhom ħjiel ta’ theddid ta’ vjolenza u għaldaqstant kien hemm sigurtà stretta f’Washington.
L-organizzaturi ta’ din l-attività kellhom permess biex jattendu seba’ mitt persuna għar-rally iżda l-aġenzija internazzjonali Reuters irrapportat li kienu biss bejn mija u mitejn persuna li attendew.