Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Olandiża Sigrid Kaag hija l-ewwel uffiċjal għoli tal-Punent li rreżenjat għall-mod kif ġew immaniġjati l-evakwazzjonijiet fl-Afganistan ix-xahar li għadda.
Membri Parlamentari Olandiżi ressqu mozzjoni fil-Parlament biex jikkundannawha u qalu li l-Gvern beda jkaxkar siequ biex jirreaġixxi għall-kriżi fl-Afganistan u spiċċa ħalla diversi persuni l-art li kellhom jiġu evakwati.
Sigrid Kaag ma marritx lura mid-deċiżjoni tagħha iżda aċċettat il-verdett tal-membri parlamentari.
L-Olanda rnexxiela tevakwa elfejn persuna mill-Afganistan fl-aħħar ġimagħtejn t’Awwissu.