Fl-2015 Malta kellha l-ogħla ammont ta’ speċjalisti fis-settur tal-ICT taħt il-35 sena fl-Unjoni Ewropea kollha.
Skont l-Eurostat, madwar speċjalist wieħed minn tlieta (36%) kellu inqas minn 35-il sena madwar l-Ewropa.
58% tal-ispeċjalisti Maltin fl-ICT kellhom inqas minn din l-età – l-ogħla rata ta’ żgħażagħ esperti. Segwegna l-Litwanja (55% tal-espeti fl-ICT kien żgħażagħ), il-Bulgaria (54.6%), il-Latvia (52.2%), l-Estonia (52%) u r-Rumania (51.4%).
B’kuntrast, persuni li għandhom 35-il sena jew inqas kien jammontaw għal inqas minn nofs l-ispeċjalisti fl-ICT fl-Italja, id-Danimarka, l-Iżvezja, il-Finlandja, l-Olanda, l-Irlanda u l-Lussemburgu.