Sewwieq ta’ mutur ta’ 51 sena ndarab gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq Kemmuna f’Għajnsielem, Għawdex, fejn minnufih mar tim mediku biex jgħin lsis-sewwieq.
Aktar tard hu ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.