Minn tal-inqas 58 gwardjan inqatlu fil-Pakistan wara li tliet militanti armati b’bombi attakkaw akkademja tal-Pulizija fil-belt ta’ Quetta.
Kien biss wara operazzjoni ta’ salvataġġ li damet għaddejja sigħat, li l-irġiel li wettqu l-attakk inqatlu. Dan wara li żammew numru t’ostaġġi.
Ħadd għadu ma refa r-responsabbiltà għal dan l-attakk, għalkemm attakki simili fil-belt inkwistjoni twettqu minn separatisti u militanti Iżlamiċi.