Kompliet il-kumpilazzjoni kontra Errol Grech, li huwa mixli li b’arma mingħajr liċenzja, spara f’żona residenzjali sabiex jintimida u jhedded persuna.
Illum xehed l-allegat vittma ta’ din l-allegat theddida, li sostna kif wara l-inċident, huwa għex f’biża’ li se jiġi aggredit.
Huwa sostna li darba minnhom, l-imputat rah fit-triq, u qallu li se joqtlu.
Qal li dan allegatament seħħ fis-sitta u nofs ta’ filgħodu, u għalhekk, ir-raġel saq sal-għassa bl-imputat isuq warajh ‘gas down’.
Ix-xhud spjega li wara li mar għand il-Pulizija fejn sostna li sab xi ħsara ma’ bieb t’għalqa tiegħu, Grech allegatament qallu “Fqajtlek il-karozza u kissirtlek il-grada, u issa rrid noqtlok.”
Il-każ tiegħu se jkompli jinstema’ f’Ottubru, fejn se tittieħed deċiżjoni dwar it-talba tal-ħelsien mill-arrest li saret illum.