Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne tkellem dwar ir-rilaxx ta’ ċertu miżuri fl-industrija tal-catering fejn jidħlu bars u ristoranti, hekk kif uħud urew ix-xewqa li jkunu miftuħin biss għal persuni mlaqqma kompletament.
Huwa qal li dawk li b’mod volontarju ddikjaraw li jilqgħu biss klijenti li jkunu mlaqqma kompletament, se jkollhom tnaqqis u rilaxx fil-protokolli tagħhom li mistennija jitħabbru fil-jiem li ġejjin, fosthom estensjoni tal-ħin sakemm jibqgħu miftuħin.
Il-Ministru Fearne fakkar li l-Gvern, b’differenza għal pajjiżi oħra, m’għamilhiex mandatorja li trid tkun imlaqqam biex tmur ġo bar jew ristorant, imma qed jirrikonoxxi l-vantaġġi tal-vaċċin u se jħalli lil min volontarjament irid jilqa’ biss nies imlaqqmin, igawdi mill-imsemmija vantaġġi tal-vaċċin.