Lorraine Vella, li qed tiskonta sentenza fil-ħabs, ingħatat ordni ta’ probation hekk kif instabet ħatja li ħebbet għal gwardjana tal-ħabs meta kienet fl-Isptar Mater Dei.
Hija ġiet akkużata wkoll li rreżistiet l-istess gwardjana u kisret sentenzi tal-Qorti.
Fil-Qorti ntqal li hija kienet infurmata li wara li m’obdietx l-ordni tal-gwardjana, hija ġiet infurmata li se tinżamm imsakkra għal tlett ijiem, u għalhekk irrappurtat li belgħet ċavetta.
Għalhekk hija ttieħdet l-isptar, u wara li sarilha eżami mediku, hija ħebbet għal gwardjana, fejn kellha tinżamm minn gwardjani oħra.
Fil-Qorti xehdu kollegi tal-gwardjana li ġiet aggredita, kif ukoll professjonisti fil-ħabs, li stqarru kif l-atitudni tal-akkużata tjieb minn dak iż-żmien.
Vella nstabet ħatja, u tpoġġiet taħt probation għal tliet snin fejn ġiet ordnata biex ma ddejjaqx lill-gwardjana.