It-Tlieta, il-Pulizija Taljana kisret ċirku tat-traffikar tad-droga kokaina wara li arrestat numru ta’ persuni.
Madwar il-pajjiż sar rejd minn 400 uffiċjal tal-pulizija.
Dawn l-arresti saru wara erba’ snin ta’ investigazzjonijiet.
Rapporti fil-midja internazzjonali qalu kif dawn il-persuni, li huma parti mill-grupp mafjuż ‘Ndrangheta, kienu allegatament jittraffikaw id-droga min-naħa ta’ fuq tal-Ewropa, minn Spanja għall-Italja.
Huma kienu jittraffikaw id-droga billi jġorru d-droga f’qiegħ falz.
Imbagħad parti minn din id-droga kienet qed tasal Malta b’dgħajsa.
Il-Pulizija Taljana qalet kif id-droga li nstabet f’dan ir-rejd għandha valur ta’ €3.7 miljun.