Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen mistennija tindirizza l-avveniment annwali tal-Istat tal-Unjoni fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu.
Dan huwa l-għaxar stat tal-Unjoni u ser ikun it-tieni wieħed li ser tindirizza von der Leyen li fih mistennija tħares lura lejn dawn l-aħħar tnax-il xahar ta’ ħidma.
Dan filwaqt li mistennija tagħmel aċċenn fuq il-pjanijiet għas-sena li ġejja.
Fil-fatt, l-indirizz ta’ Von der Leyen għal din is-sena mistenni li jkun imsejjes fuq 4 suġġetti prinċipali. L-irkupru ekonomiku u soċjali fl-Unjoni Ewropea, it-Transizzjoni Diġitali, Ewropea Soċjali u l-Green Deal flimkien mal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.
Wara l-Istat tal-Unjoni, Membri Parlamentari Ewropej ser ikunu jistgħu jsemmgħu leħinhom dwar ix-xogħol u l-pjanijiet tal-Kumissjoni.
Intant, matul il-jum tal-Ħamis, il-President tal-Kummissjoni Ewropea ser tkun qed tagħmel żjara f’pajjiżna biex formalment tkun qed taċċetta l-pjan ta’ rkupru ekonomiku tal-pandemija tal-Unjoni Ewopea.