Britney Spears ħabbret li tgħarrset mal-għarus tagħha, Sam Asghari.
Il-kantanta ta’ fama mondjali tellgħet filmat tagħhom juru ċ-ċrieket fuq Instagram.
Din tista’ titqies bħala waħda mill-ewwel deċiżjonijiet tagħha minn mindu kisbet lura l-indipendenza f’ħajjitha wara 13-il sena tiġi mmexxija minn missiera, dan hekk kif kien jikkontrollalha kull pass li tagħmel kemm fil-ħajja personali tagħha kif ukoll il-finanzi tagħha.
Spears kienet żvelat li missierha kien qed iwaqqafha milli tiżżewweġ lill-għarus tagħha u saħansitra anke waqqafha milli jkollha t-tfal.