Simon Busuttil qal li l-baġit huwa kożmetiku. Iżda, kieku kien prim ministru hu x’baġit kien ikollna. X’riżultati konna niksbu.
B’Simon Busuttil kien ikollna tkabbir ekonomiku medjokri: Fil-pjan li kien ippubblika l-kampanja elettorali tal- 2013, Simon Busuttil kien bassar li -2013 bit-tmexxija tiegħu l-ġid nazzjonali kien jikber bi 2.3%. Taħt din l-amministrazzjoni kellna tkabbir ta’ 4.5%. Fl-2014 Simon bassar tkabbir ta’ 2.4%.Dan il-Gvern ra tkabbir ta’ 3.5%.
Fl-2015 Simon bassar tkabbir ta’ 2.8%. Dan il-Gvern ra tkabbir ta’ 6.2%.
Fi tliet snin hu bassar tkabbir ta’ 7.5%. Taħt dan il-Gvern kien hemm tkabbir ta’ 14.2%. Jiġifieri d-doppju ta’ dak li wiegħed Simon Busuttil.
Ġid nazzjonali baxx: Simon Busuttil l-pjan tiegħu bassar li -2016 il-ġid nazzjonali
jkun ilaħħaq €8.1 biljun. Dak il-livell intlaħaq sentejn qabel taħt Gvern Laburista. Il-ġid nazzjonali issa huwa €1.2 biljun aktar milli qal li kien jikseb Simon Busuttil.
Rata ta’ impjiegi: Simon Busuttil kien parti minn amministrazzjoni li bħala mira kellha li sal-2020 ir-rata tal-impjiegi f’pajjiżna tkun laħħqet 62.9%. Dik il-mira ntlaħqet -ewwel sena ta’ Gvern Laburista u telgħet għal 70%. Diġà ntlaħqet il- mira ta’ 68%.
Piż ta’ dejn nazzjonali akbar: Simon Busuttil bassar li taħt it-tmexxija tiegħu sal- 2016 id-dejn nazzjonali jkun 64% tal-PRodott Domestiku Gross. Dan il-Gvern se jilħaq il-mira ta’ 62.6%.