F’intervista li ta lill-kandidata Nazzjonalista Graziella Attard Previ, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech infexx jgħajjar u jattakka lill-Partit Laburista u lil-Laburisti.
Għal Bernard Grech, il-Partit Laburista u l-Laburisti huma kriminali li joqtlu n-nies.
“Dawn huma partit ta’ kriminali li jużaw il-liġi biex joqtlu lin-nies.”
B’reazzjoni għal din id-dikjarazzjoni ta’ Grech, imdawwar b’nies bħal Jason Azzopardi, il-Partit Laburista nnota li mhux ta’ b’xejn li Bernard Grech qed jara l-popolarità tiegħu nieżla bil-minuti.
Fi stqarrija l-Partit Laburista fakkar li Bernard Grech wiegħed maħfra lil min allegatament qatel lil Daphne Caruana Galizia.
Il-Partit Laburista qal li sal-lum kulħadd għadu jistaqsi għalfejn Grech wiegħed din il-maħfra.
“Il-Kap tal-Oppożizzjoni qed ikompli juri li huwa politiku cheap u tal-passat li jgħajjar lin-nies bl-iktar mod maħmuġ”, temm jgħid il-Partit Laburista.