Abdulrahman Ahmed, Sudaniż li jgħix ġewwa ċ-Ċentru miftugħ ta’ Ħal Far ġie akkużat b’pussess ta’ passaport ta’ persuna oħra u li pprova jagħmel użu minnu.
Kien spjegat kif l-imputat ipprova juża’ l-passaport li xtara għal €900 mingħand terzi sabiex jaqbad titjira lejn Catania.
L-akkużat wieġeb ħati għal akkużi miġjuba kontrih u kien innutat kif ikkopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet wara l-arrest tiegħu.
Il-Qorti ddeċidiet li tagħti sentenza ta’ tliet xhur priġunerija u ordnat lil akkużat iħallas l-ispejjeż tal-Qorti.