Ċiklist ta’ 44 sena li jgħix il-Qrendi u ċiklist Taljan ta’ 40 sena weġgħu gravi wara li ħabtu ma’ karozza fl-Imġarr.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 8 ta’ dalgħodu f’Telgħet tad-Dwejra, Mġarr.
F’dan l-inċident kien involut ukoll Taljan ta’ 33 sena, iżda dan ma rċeviex aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għandhom għaddejjin.