Il-Kap tal-Oppożizzjoni ħareġ jgħid li l-baġit huwa wieħed kosmetiku. Iżda kemm hu kredibbli jitkellem dwar il- baġit? Ftit li xejn.
Simon Busuttil mhux kredibbli l-ġlieda kontra l-qgħad. Kemm dam Viċi Kap Simon Busuttil kuljum żewg persuni aktar spiċċaw jirreġistraw. Fi tmiem Novembru 2012 kien hemm 7,098 u sa Marzu telgħu għal 7,350.
Simon Busuttil sejjaħ il- garanzija għaż-żgħażagħ “one big menace for our economy,” u qabbilha ma’ garanzija tal- washing machine.
Simon Busuttil mhux kredibbli l-ġlieda kontra l-faqar: Fis-sena li ha Simon Busuttil kien Viċi Kap, l-2012, f’pajjiżna skont il-Eurostat l-ammont ta’ nies f’riskju ta’ faqar u t’esklużjoni soċjali żdied b’4,000.
Dejjem skont il-Eurostat -2012, b’Simon Busuttil Viċi Kap, f’pajjiżna dawk f’sitwazzjoni ta’ severe material deprivation kienu żdiedu b’10,000. Minn 27,000 għal 37,000.
Simon Busuttil mhux kredibbli t-tnaqqis tad-dejn nazzjonali: Fi tliet xhur li dam Viċi Kap tal-Partit l-Gvern, id-dejn nazzjonali żdied minn €4.9 biljun ghal €5.2 biljun. Żieda ta’ mitt miljun fixx-xahar. L-akbar żieda tliet xhur d-dejn nazzjonali -istorja ta’ pajjiżna.
Simon Busuttil mhux kredibbli meta jgħid li hu jmexxi b’responsabbiltà s-servizz pubbliku: Filwaqt li jsostni li kieku hemm hu jmexxi, ma jżidx l-impjiegi mas-settur pubbliku, statistika uffiċ̇jali turi li meta kien Viċi Kap tal-Partit l-Gvern, żied l-impjiegi s-settur pubbliku b’570 full-timer, jew sitta kull jum.
Gvern Laburista f’dawn l-aħħar sentejn impjega nies daqs kemm impjega Simon Busuttil tliet xhur biss.
Mhux kredibbli fuq ir- roħs l-kontijiet tad-dawl u l-fjuwil: Simon Busuttil kien parti minn Gvern li taħtu l-prezz tal-fjuwil żdied b’36%, jew id-doppju taż-żieda madwar l-Unjoni Ewropea.
Simon Busuttil kien parti minn Gvern li taħtu l-prezz tal-elettriku żdied b’71%, jew darbtejn u nofs ir-rata madwar l-Unjoni Ewropea.
Gvern Nazzjonalista lill-familji medja naqqsilhom il-poter ta’akkwist tagħhom b’madwar €1,500 s- sena minħabba dawn il-miżuri.