Il-mara li mietet waqt inċident tat-traffiku fil-Gżira ġiet identifikata bħala Bulgara ta’ 68 sena.
L-anzjana tilfet ħajjitha wara li ntlaqtet minn mutur, il-Ħamis kmieni filgħodu fi Triq ix-Xatt fil-Gżira.
Fi stqarrija, il-Pulizija rringrazzjat lill-pubbliku tal-għajnuna tagħha.
Dan wara li l-Pulizija talbet għall-għajnuna tal-pubbliku sabiex tkun indentifikata l-vittma.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.