64% tal-Maltin iridu li l-Parlament Ewropew jindirizza l-bidla fil-kilma.
Dan ħareġ fi statistika tal-Ewrobarometru fejn iċ-ċittadini Ewropej qalu x’għandu jkun indirizzat bi prijorità mill-Parlament Ewropew.
Dan l-istħarriġ ħareġ ftit tal-jiem qabel il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen tagħmel id-diskors annwali tagħha, tal-Istat tal-Unjoni.
Hawnhekk hija se tippreżenta l-prijoritajiet tal-Kummissjoni Ewropea quddiem il-Parlament Ewropew fi Strasburgu.
Il-maġġoranza tal-Ewropew jaqblu li l-prijorità għandha tkun il-bidla fil-klima, hekk kif il-medja Ewropea hija ta’ 43%.
It-tieni prijorità għal Maltin kienet dik tal-immigrazzjoni, hekk kif 43% qalu l-Parlament Ewropew għandu jindirizza din il-problema.
Hawnhekk pajjiżna kien l-iżjed pajjiż fl-Unjoni Ewropea li semma l-immigrazzjoni, hekk kif il-medja Ewropea hija ta’ 27%.