Dr Dennis Vella Baldacchino ġie nnominat għall-kariga ta’ Kummissarju għas-Saħħa Mentali.
Dan intqal fi stqarrija mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.
Dr Vella Baldacchino se jkun qed jieħu post Dr John Cachia li serva f’din il-kariga mill-2012 ‘il hawn.
F’din l-istqarrija, Dr Dennis Vella Baldacchino se jassumi l-pożizzjoni ta’ Kummissarju għas-Saħħa Mentali nominat mill-bidu t’Ottubru.
Huwa se jkun qed jieħu l-ħatra uffiċjalment mill-bidu ta’ Diċembru 2021.
Il-Ministeru għas-Saħħa jirringrazzja lil Dr John Cachia għas-servizz tiegħu tul dawn l-aħħar disa’ snin filwaqt li jawgura kull suċċess lil Dr Vella Baldacchino.