Il-kandidat Nazzjonalista Stanley Zammit qabel mal-Kap Nazzjonalista Bernard Grech u stqarr li fl-għajnuna li ta l-Gvern fi żmien pandemija kien hemm il-ħela. Dan ftit tal-minuti wara li Bernard Grech, reġa’ attakka lill-gvern wara li fl-aħħar xhur ta prijorità lill-investiment fil-qasam tas-saħħa u l-għajnuniet lin-negozji u l-ħaddiema biex jaffaċjaw il-pandemija.
F’konferenza tal-aħbarijiet dwar l-industrija staqsejna lill-kandidat Zammit jekk jaqbilx ma’ Grech li l-budget u l-għajnuna li permezz tiegħu waslet fost l-oħrajn għand l-industrija Maltija, kien biss ħela. B’għajnejn Jason Azzopardi mwaħħlin fuqu bħal seqer huwa wieġeb hekk. (Nużaw shot ta’ stanley jitkellem eżatt wara li nsaqih -jider Jason iberraq lejh.).
“Iva hemm ċirkostanzi fejn din l-għajnuna ġiet mogħtija ta’ malajr mingħajr pjanar u allura kien hemm fejn kien hemm il-ħela.”
Din id-dikjarazzjoni kienet konferma oħra tal-politika tal-awsterità li qed iħaddan il-Partit Nazzjonalista. Konferma li kompliet issostni dak li qal Bernard Grech ftit tal-minuti qabel fejn għal darba oħra spiċċa jattakka l-Gvern għaliex għen lil familji Maltin u Għawdxin fi żmien pandemija.
“Mela ippermettili ftit Colin, Iva dan huwa Gvern ħali.”