Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech, reġa’ attakka lill-gvern wara li fl-aħħar xhur ta prijorità lill-investiment fil-qasam tas-saħħa u l-għajnuniet lin-negozji u l-ħaddiema biex jaffaċjaw il-pandemija. Wara li dan l-investiment kien sejjaħlu tberbiq tal-flus, issa qal li dan hu Gvern ħali. Dan meta kien mistoqsi jekk għadux jaħsibha li l-Budget għal din is-sena hux wieħed tal-virtual reality kif kien qal hu stess.
“Ġurnalist: “Qiegħdin f’Settembru, għadek taħseb li dan il-Budget għal din is-sena kien wieħed tal-‘Virtual Reality’?
Bernard Grech: “Naħseb li huwa evidenti li dan il-Gvern kellu jiddejjen il-miljuni għaliex propju huwa Gvern ħali.:”
Mifni fil-politika tal-awsterità li jħaddan, f’Mejju li għadda Bernard Grech kien diġà ttimbra l-għajnuna kbira li ta l-Gvern fi żmien pandemija bħala tberbiq ta’ flus.
“Biex iġġieled il-pandemija allura uża dawk il-ħafna miljuni li qalulna illi rnexxielhom iġibu b’surplus. U allura dan ġara Sur President għaliex il-Gvern berbaq kollox.”
Lil Grech staqsejnih direttament jekk għalih il-miżuri tal-Budget kinux ħela. Dan meta fosthom kien hemm il-Covid Wage Supplement u ż-żidiet fic-Children’s Allowance u l-pensjonijiet. Madankollu filwaqt li waqqaf lil ġurnalist milli jkompli bid-domanda reġa’ tenna li l-Gvern huwa ħali.”
“Mela ippermettili ftit Colin, Iva dan huwa Gvern ħali.”
Intant, fi tmiem il-konferenza li għamel fis-Swieqi u wara li ħa l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, deher skomdu u minnufih lebbet ‘l hemm. Fil-fixla li kellu hemmhekk deher ixejjer lil persuna li kienet tiela’ miegħu fil-karozza. Dan għalkemm dan kien l-assistent tiegħu stess li filgħodu ġie miegħu bl-istess karozza.