L-Isptar Mater Dei javża lill-pubbliku li kawża ta’ azzjoni industrijali fid-dipartiment li jisterilizza l-istrumenti mediċi kollha li jintużaw fit-teatri tal-istess sptar, maħruġa mill-Unjin Maltija għall-Infermiera u Qwiebel, l-MUMN, jistgħu jiġu affetwati xi operazzjonijiet u għalhekk hemm il-possibbiltà li jiġu posposti.
Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa tenna li qiegħed f’diskussjonijiet kontinwi mal-MUMN bl-għan li jiġu irtirati dawn l-azzjonijiet mill-aktar fis possibbli.