Raġel ta’ 46 sena mill-Kosta tal-Avorju li jgħix il-Marsa, weġġa’ serjament f’inċident fuq il-post tax-xogħol.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-ħdax neqsin kwart f’sit ta’ kostruzzjoni fi Sqaq tax-Xema’ f’San Pawl il-Baħar, meta r-raġel waqa’ għoli ta’ madwar sular.
Huwa ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku fuq il-post imbagħad ittieħed l-isptar b’ambulanza.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali.